top of page

KIF NIFTAKAR JIEN - KIF GHIXT TFULITI U Z-ZMIEN TA’ WARA FIS-SIGGIEWI

 

 

IT-TFULIJA.

 

L-iskola tas-Sorijiet Frangiskani fi Triq il-Kbira huwa l-ewwel hsieb li jghaddi minn mohhi meta nibda nimrah fuq iz-zmien ta’ meta kont hafna izghar, nahseb kelli madwar tlett snin.   Biex imorru l-iskola konna nilbsu fardal li kien celesti u li kien jintlibes fuq il-hwejjeg l-ohra li kien ikollna.   Dan kien jidhol minn go rasna bhall-libsa u kien jinqafel minn naha ta’ fuq minn wara l-ghonq.   Sister Madalena, li kienet soru fiha mara, hija s-soru li kienet tghallem fil-klassi tieghi fis-sentejn li domt hemmhekk.   Sarangu kien il-bizgha tieghi u dan kien jigi ghalina jekk naghmlu xi haga hazina.   Fil-fatt bhala kastig ta’ xi haga li konna naghmlu li ma kienetx tkun tajba, konna nigu msakkra fil-bidu tal-kantina, li kienet taht it-tarag, u hemmhekk kien jigi Sarangu ghalina.  Konna nkunu fi dlam cappa hemm gew, u kull hoss li konna nisimghu kien ifisser il-wasla ta’ Sarangu ghalina.   Jiena tassew kont nibza’ minn dan il-kastig u niftakar li kont nibki hafna meta kien ikolli mmur fil-kantina.

 

Il-pitazz Sputnik, li kien ikollu d-dinja fuq in-naha ta’ quddiem, u hafna tabelli fuq in-naha ta’ wara, huwa memorja ohra ta’ dan iz-zmien.  Kien ikollna pitazzi tar-rigi dojoq u pitazz tar-rigi wiesghin.  Fuq tar-rigi dojoq konna niktbu l-ittri ta’ l-alfabett u fuq tar-rigi wiesghin konna niktbu n-numri.   Sintendi konna nuzaw biss il-lapes u l-gomma, u niftakar li mhux l-ewwel darba li biex nuzaw il-gomma konna naghmlu xi toqba fil-pitazz.

 

Iz-zmien fl-iskola tas-sorijiet, jew kif konna nghidulha wkoll tan-nuna, ghadda.   Ghalhekk sibt ruhi fl-iskola primarja tas-Siggiewi.   Ghadhom cari quddiem ghajnejja il-persuni ta’ Miss Bezzina u Miss Baldacchino, tnejn min-nies li l-harsa ta’ wicchom kienet turi dixxiplina, imma fl-istess hin, ghajnejn li juru mhabba.    Dawn kienu fil-klassi fejn konna ahna t-tfal li gejna f’din l-iskola ghall-ewwel darba.   Jekk niftakar sewwa, kienu ghamlulna bhall-ezami zghir u hafna minna kienu qabzu Stage 2 u morna mill-ewwel ghall-Standard 1.   Niftakar li kont inhsadt xi ftit meta sibt ruhi fi klassi li l-ghalliem taghha kien propju z-ziju tieghi, jigifieri s-sir Mangion.   Ghidt bejni u bejn ruhi, ma dan ma hemmx cajt ghax kollox jasal ghand il-genituri tieghi f’hakka t’ghajn.  Dhalna fil-klassi u issa bdiet avventura gdida, avventura li kellha twassalni sal-Liceo tal-Hamrun.

 

L-ewwel tlett snin ghamilthom ghand is-sir Mangion, u niftakar sewwa t-tbezbiza minn fuq il-barbetti, li konna naqilghu meta naghmlu xi haga li mhux suppost. Hudu l-kelma tieghi li din kienet xi haga li tweggha hafna, hafna.  Ic-chart tal-cleanliness, li fuqha kien ikun hemm miktub l-ismijiet tat-tfal tal-klassi, kient tkun  imwahhla mal-bieb biex iheggigna mmorru nodfa l-iskola.   Din kienet tigi mmarkata kuljum, biex b’hekk kienet tikber ix-xewqa taghna li morru l-iskola dejjem puliti kemm jista, jkun.   Fi zmien il-Milied ghadni qed nara quddiem ghajnejja lill-ghalliem, idahhal idu fil-kexxun tal-iskrivanija tieghu, johrog rigal u jghajjat l-isem tat-tifel li jkun hemm miktub fuq ir-rigal.   Kien ikun hemm rigali ghal kull tifel li jkun hemm fil-klassi. Meta jisma' ismu, wicc dak it-tifel kien jixghel, u dan johrog jigri mill-bank biex imur jigbor ir-rigal tieghu ta’ zmien il-Milied.  Lura fuq il-bank, jiftah ir-rigal u t-tbissima tieghu tkompli tikber hekk kif jara x’kien hemm mohbi f’dik il-karta.   Ir-rigali dak iz-zmien kienu xi haga rari, u li wiehed jakkwista xi wiehed kienet xi haga li tassew tiehu gost biha.

 

Matul dawn it-tlett snin kienu jigu tal-Government Savings Bank biex ahna t-tfal konna npoggu xi haga zghira l-bank u ghalhekk kien ikollna kont il-bank u wkoll jibdew irawmu fina x-xewqa li nfaddlu l-flus.   Din kienet tkun xena xi ftit differenti minn tas-soltu.   Qudddiem ghajnejja qed ingib serbut tfal fejn l-ufficju tas-surmast, jistennew wara xulxin bil-ktieb tal-bank f’idejhom, biex ipoggu l-bank dik il-hames liri li jkunu tawhom il-genituri taghhom.    Ma kienux jonqsu wkoll il-vitamini matul il-gurnata, u f’hin minnhom, l-ghalliem kien jibda jdur mal-klassi jqassam zewg pilloli zghar.   Naf li konna niehdu taz-zejt tal-huta (jaqq) u tal-calcium.   Ic-cekcik tal-flixkien tal-hgieg tal-halib kien hoss li ta’ kuljum kien jimla’ l-hemda tal-kurituri ta’ l-iskola.   Meta kien jasal il-waqt, it-tfal tal-klassi, b’mug jew tazza f’idhom li jkunu gabu mid-dar, kienu johorgu fil-kuritur tal-iskola u konna niehdu tazza halib friska kuljum. Kulhadd kien jipprova jaqta minn qabel ta’ liema toghma kien ser ikun il-halib,  It-toghma tal-halib kienet tvarja minn gurnata ghall-ohra u kien hemm tac-cikkulata, tal-banana u ta’ hafna ohrajn.   Konna tassew niehdu gost b’dan is-servizz b’xejn.

 

F’xi sena matul it-tlett snin li domna f’din il-klassi, kellna lis-sir Aquilina (Saver), jaghmel il-perjodu tieghu ta’ teaching practice.  Fi zmien meta t-teknologija l-anqas biss konna nafu fejn toqghod, dan l-ghalliem kien veru halla mpressjoni fuqi ghall-mod viziv li bih kien jghallem.  Niftakar car quddiem ghajnejja, l-istorja ta’ l-iben il-hali irrakontata permezz ta’ figuri li kienu jehlu ma’ bicca drapp li hu kien dendel mal-hajt, u allura konna naraw il-personaggi tal-istorja jizvolgu quddiemna.  Ghalina din kienet xi haga li kienet thallina b’halqna miftuh.

(ikompli)

 

Project Name 02

Explore our diverse range of projects that highlight our expertise and creativity. We strive to bring innovation and uniqueness to every project, ensuring that our clients receive exceptional solutions tailored to their needs.

Project Name 03

Discover the impact of our projects and the value they bring to our clients. With a focus on professionalism and efficiency, we consistently exceed expectations and set new standards in the industry.

Phone

123-456-7890

Follow Me

  • LinkedIn
  • Twitter

© 2035 By Nicol Rider.
Powered and secured by Wix

bottom of page