
ESPERJENZI OHRA FIL-PRIMARJA
Wara tlett snin, imxejna fil-klassi tas-sir Vassallo (John) u allura issa tlajna fil-parti ta’ fuq ta’ l-iskola u niftakar sew li fil-klassijiet ta’ hdejna kien hemm dik tas-sir Catania, tas-sir Attard u tas-sir Vassallo (Guzeppi), kollha ghalliema mis-Siggiewi. Ta’ kull nhar ta’ Hamis kien jigi l-ghalliem ta’ l-arti, u naf li dan kien is-sir Camilleri Cauchi imma ma niftakarx l-isem tieghu. Wara sena f’din il-klassi, imxejna ghal Standard V u konna taht l-idejn abbli tas-sir Grezzju Pace. Is-sir Pace konna nqisuh bhala habib u kien dejjem jishaq maghna hafna fuq il-valuri nsara. Esperjenza li ghadi niftakar sal-lum hija meta darba huwa kien hadna bil-van tieghu ghall-zjara fil-fabbrika tal-Pepsi Cola, li dak iz-zmien kienet fejn il-lum hemm il-Posta. Kienet esperjenza unika u sabiha hafna ghal dak iz-zmien. Harga barra mir-rahal dejjem kienet xi haga kbira ghalina. Wara din iz-zjara gejna mitluba niktbu komponiment dwar din il-mawra u niftakar li kienu tawna ballun tal-bahar minn dawk li jintegfah, ghalina kienu tawna parti mid-dinja.
Haga li ghadha mwahhla f’mohhi hija l-Gurnata Ewkaristika li kienet issir kull sena fl-iskola. Parti mill-iskola kienet tkun mimlija bi fjuri bojod daqs l-aqwa knisja. L-iskola kienet tiehu dehra qaddisa u ahna l-istudenti konna niehdu hafna gost b’din l-atmosfera. Din kienet tkun gurnata specjali ghalina lkoll. Ghadu car f’mohhi l-artal mimli u mdawwar kollu fjuri li fuqu kienet issir il-quddiesa. Wiehed kien isib dan l-artal taht it-tarag fejn konna niltaqghu kull filghodu qabel nidhlu fil-klassi. Niftakar il-kor li kien jiehu hsibu is-sir Mangion (Zejpu), kor li kien ikun fih ghaxqa u ferh ghalina lkoll.
Zjara Pastorali li l-Arcisqof Mikiel Gonzi ghamel fir-rahal taghna kienet fissret ukoll zjara fl-iskola taghna bhala r-raghaj pastorali taghna wkoll. Ghalija, din kienet gurnata specjali minhabba lii jiena kont intaghzilt biex naqra l-indirizz ta’ merhba lil Monsinjur Arcisqof. Esperjenza li ghadha stampati f’mohhi sal-gurnata tal-lum.
Il-Giovedi Grass kienet gurnata ohra specjali ghalina l-istudenti ghax matulha kien ikollna rikreazzjoni itwal mis-soltu u fiha konna niehdu maghna ikel differenti biex nieklu kemm nifilhu qabel is-sawm tal-gimgha l-kbira. Xi froga tal-bajd jew xi bicca laham bejn il-hobz u xi flixkun xorb kienu lussu ghalina ghal waqt ir-rikreazzjoni. Kien ikollna cans nilghabu aktar, allura, ghalina din kienet tkun festa doppja.
The Young Listener,fuljett li kien ikun fih dawk il-programmi edukattivi li kienu jkun ser jixxandru fuq ir-Rediffusion ghalina t-tfal waqt il-hin tal-iskola,u c-Children’s Own li fih kien ikun hemm hafna stejjer qosra ghalina it-tfal. Dawn kienu zewg fuljetti li konna nixtruhom matul is-sena skolastika. F’The Young Lisitener kien ikun hemm taghrif dwar il-programmi li kienu ser jixxandru fuq ir-Redifusion, li kien hemm set minnhom f’kull klassi. Niftakar li kull nhar ta’ Gimgha filghodu ghall-habta tal-hdax, kien ikun hemm Dun Mikiel Azzopardi bi spejga tal-Evangelju tal-Hadd ta’ wara kif ukoll kien jirrispondi xi mistoqsijiet li kienu jiktbulu t-tfal minn madwar Malta u Ghawdex. Matul ix-xahar ta’ Mejju flimkien mat-tfal kollha ta Malta u Ghawdex konna nghidu ir-Ruzarju ghall-habta tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar. Kienu esperjenzi tassew imlewwna, iz-zmien taghna fl-iskola primarja ghalija, u nahseb ghal hafna ohra, kien wiehed li halla fuqna formazzjoni b’sahhita li ksibna minghand l-ghalliema taghna.
(ikompli)

Project Name 02
Explore our diverse range of projects that highlight our expertise and creativity. We strive to bring innovation and uniqueness to every project, ensuring that our clients receive exceptional solutions tailored to their needs.

Project Name 03
Discover the impact of our projects and the value they bring to our clients. With a focus on professionalism and efficiency, we consistently exceed expectations and set new standards in the industry.
