
ESPERJENZI OHRA FIL-PRIMARJA - IKOMPLI
Wiehed irid isemmi wkoll li dak iz-zmien, l-iskola kienet tkun filghodu u wara nofs in-nhar ghax kien ikollna break li matulu konna morru d-dar. Haga li niftakar kienet il-bagalja ta’ l-injam li hafna minna kellhom. Kienet bagalja li kien jaghamel xi hadd fil-familja biex b’hekk niffrankaw il-flus tax-xiri ta’ bagalja. Din il-bagalja kienet tkun tqila mhux hazin, u biex tinfetah kien ikollha capetti bhal ta’ xi gwardarobba. Il-manku kien ikun wiehed komuni bhal ta’ xi bieb u generalment kienet tkun mizbugha bil-vernic.(varnish). L-ors tieghi kien li noqghod bilqieghda fuqha u nizzerzaq fuqha matul il-bankina ta’ quddiem il-bieb ta’ l-iskola. Fi triqitna len l-iskola, niftakar sewwa l-hanut tal-merca, li kien taht il-kazin ta’ dak iz-zmien tal-Partit Laburista. Minn dan il-hanut konna nixtru xi bicca cikkulata jew xi flixkun Merinda jew Rodeo. Hdejn l-iskola kien hemm ukoll hanut iehor bhal dan, u minn hemm konna nixtru xi granita jew gelat matul is-sajf. L-iskola kienet imdawwra b’hadid li f’partijiet minnu kien gholi madwar sular. Mieghu konna nilghabu qattus u ninsab certi li hafna minna kejlu l-gholi tieghu waqt din il-loghba. Il-Papocc tas-Superga, jew tat-takki, kif konna nghidulu, kien xi haga li konna nkunu kburin biha meta konna nilghabu xi loghba football fejn l-skola/, xi haga li llum wiehed l-anqas biss johlom li jaghmel. Kollox ma’ kollox dan iz-zmien ta’ l-iskola kien wiehed sabieh li jien ghadni ngorr mieghi sal-gurnata tal-lum.

Ritratt tal-faccata tal-iskola tas-Siggiewi. Ritratt mehud mill-Internet

Il-mument li fih jiena qrajt l-indirizz ta' merhba lil Monsinjur Arcisqof Mikiel Gonzi